Selections from the Writings of the Báb

Maltese · Báb

BB00583 BB00583

Add range:

Glorja lileK, O Sid Alla tiegħi! NitolboK taħfirli u lil dawk li jgħinu l-Fidi tiegħeK. Fis-sew, Inti s-Sid sultani, li Taħfer, l’Aktar Ġeneruż. O Alla tiegħi! Ħalli qaddejja hekk tiegħeK li huma mċaħħdin mill għarfien jiddaħħlu fil-Kawża tiegħeK; għax darba jsiru jafu biK, ikunu xhieda tas-sewwa f’Jum il-Ħaqq u ma jħaqqux il-kixfiet ta’ tjubiteK. Niżżel fuqhom l-għotjiet tal-grazzja tiegħeK, u agħtihom, qegħdin fejn qegħdin, sehem kotran minn dak li Int amart għat-twajbin fost il-qaddejja tiegħeK. Inti fis-sewwa il-Ħakkiem Suprem, it-Tajjeb f’Kollox, l-Aktar Ta’ Qalb Tajba.

O Alla tiegħi! Ħalli tferrigħ tjibateK u tberikeK jinżlu fuq djar li dawk li jgħammru fihom ħaddnu l-Fidi tiegħeK, bħala għelm tal-grazzja tiegħeK u bħala sinjal ta’ l-imħabba-ħanina mill-preżenza tiegħeK. Fis-sew, hadd ma jgħaddik fl-għoti tal-maħfra. Li kellha t-tjieba tiegħeK tinżamm lura minn xi ħadd, kif jista’ hu jitqies fost dawk li mxew wara l-Fidi fil-Jum tiegħeK?

Berkini, O Alla tiegħi, u lil dawk li għad jemmu fl-egħliem tiegħeK fil-Jum miktub, u lil dawk li jgħożżu imħabbti f’qalbhom – imħabba li Int tfarra’ fihom. Fis-sew, Inti s-Sid ta’ kulma hu tajjeb, l-Aktar Għoli.

BB00617 BB00617

Add range:
NitolboK li taħfirli, O Sid tiegħi, għal kull titrif għajr għal titrifeK, u għal kull tifħir għajr għal tifħireK, u għal kull għaxqa għajr l-għaxqa ta’ qarbieneK, għal kull pjaċir għajr il-pjaċir tal-għaqda miegħeK, u għal kull ferħ għajr il-ferħ ta’ mħabbteK u tal-għoġba tajba tiegħeK, u għall-ħwejjeġ kollha li huma tieghi li ma għandhom l-ebda rabta miegħeK, O Int Li int Sid is-sidien, Hu Li jipprovdi l-mezzi u jiftaħ il-bibien.

BB00630 BB00630

Add range:
O Sid! Int in-Neħħej ta’ kull diqa u l-Keċċej ta’ kull deni. Inti Dak Li tbiegħed kull niket u teħles mill-jasar lil kull ilsir, il-Hellies ta’ kull ruh. O Sid! Agħti l-ħelsien bil-ħniena tiegħeK, u għoddni fost il-qaddejja tiegħeK li kisbu il-ħelsien.